F’Malta nieklu man-nofs miljun Big Mac fis-sena. Dan hekk kif minn disa’ ristoranti tal-McDonalds, żewġ McDrives u seba’ McCafés, 450,000 Big Macs huma mibjugħa f’Malta kull sena.
Il-McDonalds tħaddem lokalment madwar 700 impjegat li jservu lil aktar minn 7 miljun klijent fl-istabbilimenti kollha.
Ir-restorants tal-McDonald’sTM jinsabu l -Belt Valletta, San Ġiljan, Ħal Għargħur, Birkirkara, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Baystreet Shopping Complex, Tas-Sliema, Buġibba, u r-Rabat Għawdex. Iż-2 McDrivesTM jinsabu Ħal Għarghur u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dawn iservu sa 100 karozza fis-siegħa. Il-McCaféTM ta’ Malta huwa fost l-aqwa fl-Ewropa.
Il-McDonalds se tkun qed tiċċelebra l-50 Anniversarju fejn madwar 50 pajjiż se jkun qed jiċċelebra dan permezz ta’ inizjattivi ġdida li tissejjaħ, MacCoin. Mil-lum se jiġu mqassma aktar minn 6.2 miljun MacCoin fil-50 pajjiż li se jipparteċipa f’din iċ-ċelebrazzjoni.
Il-Konsumaturi jistgħu jakkwistawha bis-saħħa ta’ offerti u opportunitajiet mogħtija b’xejn fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw f’din l-inizjattiva. Is-swieq se jagħmlu dan bi pjan ta’ distribuzzjoni. Pereżempju fl-Istati Uniti, mit-2 t’Awwissu 2018, dawk li jixtru Big MacTM Burger jew Big MacTM Extra Value Meal, se jkunu qegħdin jirċievu MacCoinTM ma’ kull ikla li jixtru sakemm il-provvista tispiċċa.
Il-MacCoin hija l-ewwel tip ta’ munita marbuta mal-ikel, maħluqa biex tiċċelebra l-għeluq tal-50 sena tal-Big Mac. Il-MacCoin għandha 5 disinji differenti, disinn għal kull deċenju tal-Big Mac. Kull min jissapportja din l-inizjattiva jista’ jaqsam dawn il-muniti ma’ ħaddieħor, jikkollezzjonahom, jew isarrafhom biex jieħu Big Mac b’xejn fir-restorants tal-McDonald’s fil-pajjiżi kollha madwar id-dinja li qed jippromovu din l-inizjattiva fl-2018.