Permezz tal-vaċċin kontra l-Covid-19 ġew salvati 860 ħajja, li għandhom ‘il fuq minn 60 sena f’pajjiżna.
Dan ħareġ minn studju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, fejn intqal li madwar l-Ewropa bil-vaċċin ġew salvati l-ħajjiet ta’ 470,000 persuna.
L-istudju ħareġ ukoll kif it-tilqim naqqas t-trażmissjoni tal-virus bejn il-persuni.
Id-Direttur Reġjonali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, Hans Kluge qal kif it-tilqima hija l-għodd sabiex tgħinha nżommu f’kontroll il-pandemija.
F’dan l-istudju ħareġ ukoll kif minndu bdiet il-pandemija s-sena li għaddiet, aktar minn miljun u nofs persuna madwar l-Ewropa tilfu ħajjithom bil-Covid-19. B’aktar minn 90% minnhom kellhom ‘il fuq minn 60 sena.
Dwar dan l-istudju, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal kif id-doża addizzjonali se tkompli ssalva aktar ħajjiet.