Malta għandha t-tieni l-inqas rata ta’ nies fl-Unjoni Ewropea li għerqu b’mod aċċidentali. Qal dan l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea li wera kif f ’Malta għerqu 0.4 persuni għal kull 100,000 resident. L-istess rati baxxi rreġistrawhom l-Italja u l-Portugall.
Fl-2016, is-sena li għaliha għandna l-iktar statistika riċenti, kien hemm 5,537 mewta minħabba din il-kawża madwar l-UnjoniEwropea. Għalkemm jirriżulta wkoll li n-numru qiegħed dejjem jonqos.
Il-Litwanja, il-Latvja u r-Rumanija kellhom l-ikbar numru ta’ nies li għerqu. Dan b’rati li fil-każ tal-Litwanja u tal-Latvja, saħansitra jaqbżu s-6 għal kull 100,000 persuna. Il-medja tal-Unjoni
Ewropea hija ta 1.1 għal kull 100,000. Huma 12-il pajjiż li għandhom rata taħt din il-medja.