Ir-rata ta’ inflazzjoni f’pajjiżna kompliet tonqos.
Statistika maħruġa mill-EUROSTAT u oħra mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, tikkonferma tnaqqis fl-inflazzjoni li titla’ partikolarment minn żieda fil-prezzijiet fosthom dawk tal-ikel u ħtiġijiet oħra.
Ix-xahar li għadda, l-inflazzjoni f’Malta tkejlet 1.1%.
Dan ifisser tnaqqis ta’ 0.1% fuq ix-xahar ta’ qabel u 0.6% inqas minn April tas-sena l-oħra.
L-inqas rata ta’ inflazzjoni li tkejlet ġiet innutata fis-settur edukattiv.