Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, f’lukanda ewlenija f’pajjiżna tlaqqa’ l-Kungress ta’ Badminton Europe. Dan wassal biex f’pajjiżna kien hawn madwar erbgħin delegazzjoni mill-pajjiżi Ewropej.
Dan il-Kungress tlaqqa’ wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
ONE News tkellem mad-Deputat Segretarju Ġenerali ta’ Badminton Europe, Jimmy Andersen. Huwa qal kif minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, għall-ewwel darba Malta kkompetiet fl-Olimpjadi u faħħar l-organizzazzjoni u l-ospitalità tal-Maltin.
Anderson qal, “So maybe Malta is not as small as you think and Malta is a big part of the European badminton community now. They offered fantastic premises here in Valletta. We’ve opened a bid for our members, associations and from the whole delegations, Badminton Malta came with a very nice bid in your beautiful capital and everyone is pleased to be in Malta, not everyone has been here before and from our point of view we are very pleased with the organization and the cooperation here.”
Tkellimna wkoll mal-President ta’ Badminton Malta Owen Grech li spjega kif id-delegazzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej qed ifaħħru l-ospitalità f’Malta.
Grech tenna, “Il-kummenti dwar Malta huma pożittivi. Jiġifieri kulħadd kuntent kemm bl-ospitalità u tal-organizzazzjoni, kemm min-naħa tal-assoċjazzjonijiet, kif ukoll minn Badminton Europe, li ovvjament qed norganizzawh magħhom. Li hemm sabiħ ukoll huwa li tkun tista’ titkellem magħhom u torganizza affarijiet, issa qed niftehmu fuq il-pjanijiet ’il quddiem, per eżempju mal-pajjiżi tal-istati ż-żgħar, li hekk nistgħu norganizzaw anki tournament fejn jidħol il-badminton f’dak l-aspett tal-pajjiżi ż-żgħar.”