In-numri issa qed juru li f’Malta hawn aktar nies imfejqa milli infettati bil-COVID-19.
In-numri ta’ pazjenti infettati huwa dak ta’ 221 filwaqt li n-numru ta’ dawk imfejqa huwa dak ta’ 223.
Il-Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa f’Malta fiequ dsatax-il persuna filwaqt li feġġew żewġ każijiet ġodda.