Kollox jinsab lest biex nhar il-Ħamis, tittella’ l-ewwel produzzjoni ta’ Cirque du Soleil f’pajjiżna, bit-tema FIERI.
Din se tkun l-ewwel produzzjoni fl-Ewropa ta’ din il-kumpanija teatrali internazzjonali wara nuqqas ta’ sbatax-il xahar minħabba l-pandemija.
Diversi kmamar tal-aħbarijiet kienu mistiedna biex jumejn qabel l-ewwel produzzjoni, isegwu l-provi bis-sehem ta’ kważi ħamsin ruħ li qed jaħdmu fuq din il-produzzjoni, fosthom tlieta u għoxrin artist.
Waħda miż-żewġ kantanti spjegat l-eċitament li ħasset meta saret taf li din il-produzzjoni se ssir f’Malta: “After two years of the pandemic, when I received the call to say, “are you ready to do another show?” and I’m like “yes” and he goes “Malta” and I’m like “What? Totally.” I was super happy to know I was coming here to Malta and I said yes right away.”
Għall-ewwel darba, il-grupp mużikali fosthom il-kantanti, id-drummer, il-kitarrista u l-vjolinista, huma kollha nisa.
Il-kant se jkun b’lingwi differenti u stili varji.
Liani sostna: “There’s very punk rock style and there’s Italian romantic so you have very different styles but the punk rock is very hard on this show, it’s amazing, it has like this rock side.”
Din il-produzzjoni esklussiva tittratta l-istorja ta’ Malta tul is-snin.
Il-karattru prinċipali, Jiffy, hija orfni b’dixxendenza Brittanika, li kif tidħol fit-teatru tiftakar fil-passat tagħha u tul l-ispettaklu, tiskopri li għandha għeruq Maltin.
Id-Direttriċi Chantal Tremblay, tatna togħma ta’ dak li se toffri l-produzzjoni: “The stage director has put together and studied more of what Malta is, the culture also, it’s like contemporary mosaic also of what your city is all about and he tried to represent that, that was a lot of his inspiration for the theme of the show.”
B’kollox se jsiru tmienja u għoxrin produzzjoni bejn il-ħamsa u għoxrin ta’ Novembru u d-dsatax ta’ Diċembru. Kull produzzjoni hija twila siegħa u kwart.