B’investiment ta’ €32,000 sar restawr fuq l-istatwa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Dan permezz ta’ fondi mill-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (il-LESA). Saru wkoll xogħlijiet ta’ tisbiħ tal-pjazza u f’xi sqaqien.
Għall-inawgurazzjoni attendew il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera.
Il-Ministru Bryon Camilleri spjega kemm huwa sabiħ li nagħtu lura lill-komunità dak li l-aġenzija tkun ħadet minn ksur ta’ liġi fl-istess lokalitajiet.
Min-naħa tiegħu l-Ministru José Herrera esprima s-sodisfazzjon tiegħu kif l-LESA użat flus li huma konnessi mal-gvern lokali għall-skopijiet kulturali fi ħdan il-komunità ta’ Ħal Qormi.
Hu sostna li fi żmien li ġej il-Gvern se jħabbar il-viżjoni tiegħu għall-gvernijiet lokali fejn fost il-pilastri importanti ser ikun hemm l-iskop kulturali.
Ritratti: MHSE/MHAL