Klejofa Agius, ġuvni li x-xahar li għadda għalaq 32 sena, għażel li jiċċelebra għeluq sninu b’mod li jgħin lil dawk li minħabba l-mard ma jistgħux jiċċelebraw bħalu.
Minn festin li organizza biex jiċċelebra l-jum speċjali tiegħu, inġabru €665.70. Flus li marru għand Puttinu Cares.
Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li attendew, appella biex ħaddieħor jimxi bl-eżempju bil-għan li dawk inqas vulnerabbli jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn biex ifiequ u jingħataw ċans li bħalu jgawdu l-ħajja.