F’Lulju li għadda, il-kuntratti tal-bejgħ tal-proprjetà żdiedu meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.
Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li l-kuntratti tal-bejgħ tal-proprjetà f’Lulju li għadda laħqu l-1,354.
Dan fisser żieda ta’ 205 fuq Lulju tas-sena l-oħra.
Il-valur tal-proprjetà mibjugħa jlaħħaq il-mitejn u disgħin miljun u nofs ewro.
Dan il-valur jiżboq dak tas-sena l-oħra b’36.4%.
Kważi 94% tal-proprjetà mibjugħa kienet tinkludi xerrejja individwali filwaqt li l-kumplament tal-proprjetà li nxtrat ġiet prattikament minn kumpaniji.
L-akbar ammont ta’ proprjetà mibjugħa kienet f’Għawdex, f’Birkirkara, il-Gżira, l-Imsida, Ta’ Xbiex u San Ġwann.
L-inqas ammont ta’ proprjetà mibjugħa kienet fil-Birgu, l-Imdina, Ħad-Dingli u l-Imġarr fost oħrajn.
F’Lulju li għadda wkoll ġew iffirmati elf, mija u ħames konvenji fuq proprjetà residenzjali.
Dan fisser tnaqqis ta’ mitejn u wieħed u sittin konvenju fuq l-istess xahar is-sena l-oħra.