Matul Lulju, Malta kienet l-aktar pajjiż fost l-istati membri kollha li esportat, meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Fil-fatt f’Lulju ta’ din is-sena l-esportazzjoni f’Malta żdiedet b’16.1%.
Wara Malta ġiet l-Islovenja b’10.6%, l-Estonja b’9.4% u l-Islovakkja bi 8.8.%.
L-aktar pajjiż li naqqas kien il-Greċja bi -23.8%.
Warajha ġiet il-Finlandja, Franza u l-Kroazja.
Fejn tidħol l-importazzjoni, pajjiżna kellu t-tmien l-ogħla rata.