Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech poġġiet taħt att t’akkuża lil Florinda Sultana u Albert Buttigeg.Iż-żewġ akkużati jinsabu mixlija b’allegazzjonijiet ta’ frodi u ħasil ta’ flus.
Il-kuġina ta’ Florinda Sultana qalet li waħda mill-kumpaniji involuti kienet titmexxa minn Darren Debono, li wkoll jinsab mixli f’ħasil ta’ flus.
Xehed ukoll ir-raġel tal-kuġina ta’ Sultana, li wkoll jaħdem f’wieħed minn mir-ristoranti mmexxija minn Sultana.
Qal li l-flus kienu jpoġġuhom f’envelop u jagħtuhom lil Buttigieg.