Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju u s-Sibt 4 ta’ Lulju, l-MFA ser tkun qed tippreżenta t-trofej liċ-champions ta’ kull Kampjonat Malti.
Dan ifisser liċ-champions tal-Kampjonat Premier Malti Floriana FC ser ikunu ppreżentati bit-trofew tar-rebħ tal-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju. Minn informazzjoni li għanda din il-paġna Floriana FC ser ikunu preżentati bit-trofew is-Sibt 4 ta’ Lulju fejn mistennija li jsir numru ta’ attivitajiet sabiex jiġi ċċelebrat dan l-unur.
Żejtun Corinthians, Marsa FC kif ukoll Attard FC ser ikunu ppreżentati bit-trofew fl-stess tmiem il-ġimgħa. Anke r-rebbieħa tal-Kampjonati l-oħra fosthom tal-Kampjonat Femminili u tal-Futsal ser jingħataw it-trofew f’waħda minn dawn iż-żewġ dati.
Aktar dettalji tal-ġranet u l-ħinijiet preċiżi tal-preżentazzjoni ta’ kull tim ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Id-deċiżjoni dwar ir-rebbieħa ta’ kull kampjonat kienet it-tieħdet mill-Kunsill tal-MFA t-Tnejn 25 ta’ Mejju hekk kif il-Kampjonati kollha ġew it-terminati minħabba l-pandemija Covid-19.