Floriana komplew jikkonvinċu meta b’wirja ta’ karattru għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 3-0.
B’hekk, permezz ta’ din ir-rebħa, huma telgħu momentarjament fil-quċċata tal-klassifika bi 48 punt, żewġ punti vantaġġ fuq Hamrun Spartns, li jkunu imepnjati proprju l-Ħadd kontra Mosta.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss 35 sekonda, Dunstan Vella, kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat bi bravura mill-goalkeeper u captain ta’ Greens, Andrea Cassar.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-25 miunta fetħu l-iskosr permezz ta’ freekcik mill-isbaħ tal-ex tal-partita Kemar Reid li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Sirens, Andrea Cassar, b’dan ikun it-12-il goal staġjonali għalih.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fis-56 minuta, irduppjaw l-iskor meta Kemar Reid għadda tajjeb lejn Matheus De Sousa li minn pożizzjoni ideali spara ġewwa.
Mas-siegħa logħob, Willis Furtado, kien għoddu għamilhom tlieta għall-Greens, iżda x-xutt mill-isbaħ tiegħu mill-viċin stampa mal-wieqfa, b’Sirens jeħilsuha ħafif.
Fl-84 minuta, Willis Furtado, kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jistampa mal-wieqfa.
Iżda l-Greens ma kellhomx jiġu mċaħħda mit-tielet goal fis-87 minuta meta s-sostitut Mattia Veselji mill-viċin ma ħafirx.
Il-parita kompliet ikkaraterizzta b’ħafna logħob f’nofs il-gound, bi Floriana jkomplu jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Emanuel Grech
BOV Plejer tal-Logħba: Matheus De Sousa (Floriana FC)