Fid-Derby ta’ Malta, Floriana għelbu lir-rivali eterni Valletta bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal tard fil-partita, eżattament pemezz tas-sostitut Lorenzo da Grazia fit-92 minuta.
Madankollu, f’dik li hi deskritta bħala l-partita tal-istaġun din naqset milli tilħaq l-apettattiva, bl-azzjoniiet ta’ skor fuq iż-żewġ naħat ikunu remoti.
Permezz ta’ din ir-rebħa, issa Floriana jinsabu fil-kmand tal-klassifika bi 23 punt. Dan wara ż-żelqa ta’ Hamrun Spartans kontra Birkirkara fil-jum preċedenti.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fid-19-il minuta meta Maksim Valadzko xeħet cross lejn Jose Ulises Arias li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu, imdawra f’corner, bi bravura mill-goalkeeper ta’ Valletta, Jake Galea.
Valletta wieġbu żewġ minuti biss wara permezz ta’ xutt minn pożizzjoni ideali tal- captain Shaun Dimech, li iżda, intemm barra.
Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-groud. Dan sal-45 minuta meta Kemar Reid għall-Greens kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvat f’corner minn Jake Galea iżda ma kienx hemm ċans li jingħata l-corner hekk kif ir-referee Philip Farrugia saffar tmiem l-ewwel taqsima.
Mas-siegħa logħob, Federico Falcone, għat-team mill-kapitali, niżżel il-ballun b’sidru lejn Jhonnattann Benites da Conceicao li ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ntemm barra.
Bħall-ewwel taqsima, il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.
Iżda d-drama ma ntemmitx hawn, hekk kif kellhom ikunu Floriana li jkollhom l-aħħar kelma fil-partita meta fil-ħin miżjud, skorjaw il-goal tar-rebħa, meta wara li rċieva minn cross fil-baxx, LORENZO DA GRAZIA, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.
Referee: Philip Farrugia
Plejer tal-Logħba: Shaun Dimech (Valletta FC)