Wara d-diżappunt li ma rnexxielhomx jirbħu l-kampjonat, Floriana temmew il-kampjonat fuq nota ferm pożittiva meta kkonvinew bis-sħiħ u għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor kbir ta’ 4-0, f’partita li kif jindika r-riżultat huma ddominaw għal kollox.
B’hekk huma temmew fit-tielet post fil-kampjonat u kisbu post fl-Ewropa eżattament fil-UEFA Europa Conference League. Dan minbarra li għadhom biċ-ċans li jirbħu l-FA Trophy hekk kif nhar l-Erbgħa li ġej jaffrontaw lil Birkirkara fis-semi-finali.
Min-naħa l-oħra dan ir-riżultat fisser ukoll li Sliema Wanderers temmew fir-raba’ post.
Fil-11-il minuta Sliema kellhom ferħa bla temma meta f’azzjoni ta’ kontrattakk veloċi Mohamed Awad għadda tajjeb lejn Vito Plut li mill-viċin tefa’ ġewwa, iżda r-referee Matthew De Gabriele kien pront u ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li l-iskorer prolifiku Sloven kien jinsab f’pożizzjoni ta’ offside.
Floriana wieġbu mal-kwarta logħob meta cross-shot insidjuż ta’ Jake Grech għadda tul il-lasta b’ħadd mill-players sħabu ma jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
Huma komplew jippressaw u żewġ minuti biss wara reġa’ kien Jake Grech li ħoloq il-periklu meta kellu l-konklużjoni tiegħu mill-viċin tintemm barra.
Kulam jmur kompla d-dominu tal-Greens u fil-35 minuta fetħu l-iskor meta JORK EBLIN BECERRA approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Sliema, u permezz ta’ semi-rovexxjata mill-viċin spara l-ballun fix-xibka.
Fit-62 minuta, Floriana rduppjaw l-iskor meta JORGE FERNANDO GOMES JUNIOR temm azzjoni personali billi qabeż lil Gustavo Alcino, u permezz ta’ xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Huma komlplew jiddomina wgħal kollox il-partita u erba’ minuti wara skorjaw it-tielet goal meta FRANKLIN SASERE avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ lob delizżjuz tefa’ ġewwa. gas metaaraskin sbser avanata ejb fkalax y ememtalob dleiau ztefa’ gewwa.
Sliema ħolqu okkażjoni remota ta’ skor fil-75 minuta meta kien l-Ukren Makysm Priadun li ttanta xortih permezz ta’ xutt angulat mill-viċin li iżda ntemm ftit barra.
Madankollu, kienu Floriana, li ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fid-90 minuta meta l-ewwel kein Gabriel Sotomyaor li kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeper Sliema Wanderers Kelvin Emeka Agu, biex mir-rebound ELVIS MASHIKE SUKISA b’logħob tat-tfal, ma ħafirx.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Matthew De Gabriele