Floriana FC onorat parti mil-ftehim li l-President Riccardo Gaucci irnexxilu jilħaq tlett snin ilu mal-eks President Johann Said biex ikopri l-investiment importanti li għamel bejn is-snin 2010 u 2012.
Peress li l-ftemim ta’ tlett snin għalaq il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, il-President Gauci u Johann Said qablu li l-kuntratt ikun estiż b’sena oħra.
Iż-żewġ naħat qablu li l-investiment imwettaq minn Johann Said bl-approvazzjoni tal-kumitat ta dak iż-żmien kemm fit-tim kif ukoll fl-infrastruttura tal-klabb, kien neċessarju u għadu irendi l-frott tiegħu favur Floriana FC sal-lum il-ġurnata. Min-naħa tieghu, Riccardo Gaucci qed imexxi iktar żvilupp sabiex jibni setup professjonali li jiggarantixxi futur pożittiv u sostenibbli għall-klabb.
Kien, fil-fatt taħt dawn iż-żewġ Presidenti li l-klabb irnexxilu jirbaħ l-unuri f’dawn l-aħħar 20 sena.
Riccardo Gaucci u Johann Said qablu l-estensjoni tal-ftehim bejn iż-żewġ naħat hija l-aqwa triq ‘il quddiem fl-interess tal-klub u wegħdu lil xulxin li jimpenjaw ruħhom għall-futur f’kull koperazzjoni li l-klabb ikollu bżonn mingħandhom