B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa minn Valletta FC dalgħodu, Floriana FC kkundannaw dak li qed jsejħulu attakk mallizjuż wara li Valletta FC kitbu lill-Malta Football Association sabiex tinvestiga l-ħruġ tal-liċenzja tal-UEFA lill-stess Floriana FC.
Fl-stqarrija Floriana FC qed jsostnu li l-allegazzjoni huma fost l-oħrajn bla bażi, infondati u defamatorji.
Iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier għal istaġun 2019 / 2020 qed jsostnu li huma provdew id-dokumenti kollha mitluba f’proċess li huwa rigoruż u kien biss wara skrutinju u analiżi tal-stess dokumenti li huma ingħataw din il-liċenzja tal-UEFA.
Fit-tmiem l-stqarrija, Floriana FC sostnew li huma ser ikunu qed iżommu lill-Valletta FC bħala responsabbli għal kull danni f’serje ta’ attentati sabiex il-klabb ma jkunx rikonnoxut bħala ċampjin tal-Kampjonat u eventwalment ma jkunx parteċipi fil-UEFA Champions League.