Matul il-ġurnata tas-Sibt ġew preżentati bit-trofej tliet timijiet oħra li fit-tmiem l-istaġun li għadda ġew inkurunati ċampjins tal-istaġun.
Bla dubju l-qofol intlaħaq fil-Floriana meta filgħaxija t-tim Furjaniż ġew preżentati bit-tazza ta’ ċampjins tal-istaġun 2019 / 2020.
Żewġ preżentazzjonijiet oħra li saru lbieraħ kienu dik ta’ Attard FC, ċampjins tat-Tielet Diviżjoni u Luxol Futsal ċampjins tal-kampjonat tal-Futsal lokali.