Iċ-champions tad-Darts lokali Floriana Ajax jinsabu l-Ġermanja fejn se jipparteċipaw fil-Mission Darts Champions League 2024 u li se tibda għada.
Il-Greens ikunu jafu għada min se jkunu l-avversarji tagħhom fejn apparti se jipparteċipaw ukoll DSV Rosental (Awstrija) Karlsruher SC (Ġermanja), Szombatelyi (Ungerija), Rambla Steel (Italja), Club Aros (Danimarka) Asas Adatas (Latvja) u Garzoc Bardejov (Slovakkja).
L-iskwadra Furjaniża hi magħmula minn Jonathan Aquilina, Twanny Roberts, Eucharist Baldacchino, Ray Gera, Omar Aquilina, Joseph Aquilina u Anthony Borg .