Iċ-champions tad-darts lokali Floriana Ajax se jipparteċipaw fil-Mission Darts Champions League 2024 li se ssir f’Eistreff Waldborn fil-Ġermanja.
Il-Greens se jkunu qed jipparteċipaw flimkien ma’ DSV Rosental (Awstrija) Karlsruher SC (Ġermanja), Szombatelyi (Ungerija), Rambla Steel (Italja), Club Aros (Danimarka) Asas Adatas (Latvja) u Garzoc Bardejov (Slovakkja).
Dan it-turnament se jsir matul tmiem il-ġimgħa li ġej.
Floriana se jkollhom lil Jonathan Aquilina, Twanny Roberts, Eucharist Baldacchino, Ray Gera, Omar Aquilina, Joseph Aquilina u Anthony Borg fl-iskwadra tagħhom.