Raġel intlaqat minn tiri minn arma tan-nar li spara Uffiċjal tal-Pulizija waqt operazzjoni ppjanata f’Wimbledon, Londra.
Il-Pulizija Metropolitana ta’ Londra kkonfermat ukoll li r-raġel ittieħed l-isptar għall-kura. S’issa l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija qed iżżomm raġel arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.