Aktar minn 100 persuna ġew arrestati b’rabta ma’ prostesti vjolenti li saru f’Londra.
Numru ta’ Pulizija ġew attakkati mid-dimostranti, dan wara li eluf ta’ persuni nġabru bl-għan li jipproteġu numru ta’ statwi.
Il-Prim Ministru Boris Johnson sostna kif m’hemm ebda post għal razzisti vjolenti fil-kotba tiegħu.
Intant numru kbir ta’ dimostranti ħarġu fit-toroq ta’ Londra fi protesti paċifiċi kontra r-razziżmu.