Jum biss qabel l-Istrina, il-President ta’ Malta marret il-Kurja ta l-Arċisqof tiltaqa’ ma’ ‘l fuq minn 300 persuna li kienu se jkunu waħedhom.
L-ikla kienet organzzata mill-Caritas u l-istaff. Il-volontiera tal-Caritas għażlu li minflok f’Jum il-Milied jieklu mal-familji tagħhom, imorru jsajru u jservu lin-nies waħedhom. Il-President daret u tkellmet ma kull persuna preżenti. Dawn bdew jiftħu qalbhom mal-President ta’ Malta li kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha Edgar.
F’kumment jum qabel l Istrina, il-President qalet li minn issa trid tirringrazzja lin-nies tal-ġenerożita tagħhom kemm bil-ħin, kif għamlu llum il-voluntiera tal-Caritas u kemm bid-donazzjinijiet, kif se jagħmlu għada f-lIstrina.
L-istrina issir illum it-Tnejn minn nofsinhar sa nofs il-lejl u tixxandar fuq TVM, One TV, Net TV, u F Living.