Kliem mill-qalb li ħareġ permezz ta’ kumment fuq facebook minn Jean Pierre Camilleri fejn wera d-dispjaċir għat-telfa ta’ ħuh Christian Camilleri li tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku tard is-Sibt filgħaxija fi Triq Garibaldi fil-Marsa.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Jean Pierre qal ħadd qatt ma kien jobsor li s-separju tiegħu kien se jinżel hawnhekk.
“Ħallejtna wisq kmieni Christ. Kont dilettant tan-nar u tas-sajd għax fihom kont issib is-serħan u l-wens. Kont maħbub minn ħafna kull fejn tmur. Il-każin jew sħabek jew tax-xogħol jistaqsu għalik mill-ewwel u jsemmuli l-praspar li tagħmllu. Tina l-faraġ Chris għax lok ġibtilha l-fjuri lil ommna kif kont tagħmel kull sena, se jkollna nippreparaw tiegħek,” kiteb Jean Pierre.
Bosta kienu l-messaġġi ta’ sħabu li eperimenw id-dieqa tagħhom għall-mewt hekk għall-għarrieda ta’ Christian li wrew ix-xokk li ħadu malli saru bl-aħbar ta’ mewtu.
Camilleri rringrazzja lil kull min bagħat messaġġi ta’ faraġ f’dan il-jum ta’ dlam.
http://www.one.com.mt/2018/05/13/ragel-ta-35-sena-jitlef-hajtu-wara-li-baqa-diehel-fsigra-fil-marsa/
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/05/13/ragel-ta-35-sena-jitlef-hajtu-wara-li-baqa-diehel-fsigra-fil-marsa/