Il-verżjoni ta’ “Baby Shark” għal din is-sena għadha kemm waslet, grazzi għall-ippopotamu Tajlandiż Moo Deng.
Moo Deng, ikona Tajlandiż u sensazzjoni li marret virali għadu kemm irrilaxxa diska uffiċjali f’erba’ lingwi għas-segwaċi tiegħu madwar id-dinja. Dan l-ippopotamu nanu ta’ erba’ xhur iddomina l-internet u issa ħareġ diska ta’ 50 sekonda bl-isem ta’ “Moodeng Moodeng” li hija disponibbli f’verżjonijiet bit-Tajlandiż, Ingliż, Ċiniż u Ġappuniż.
Hija tikkonsisti f’lirika sempliċi bħal “Moo Deng Moo Deng, boing, boing, boing / Mommy mommy, play with me.”
Il-kitba u l-produzzjoni hija tal-kompożitur famuż Tajlandiż Mueanphet Ammar u ġiet imnedija minn waħda mill-akbar kumpaniji tal-mużika Tajlandiża GMM Music.
L-isem Moo Deng bit-Tajlandiż litteralment ifisser majjal jimmolla, tip ta’ pulpetta. Moo Deng sar fenomenu globali xahar wara li intwera fuq il-paġna ta’ Facebook taż-zoo Khao Kheow.
Dan l-ippopotamu ġibed ammont kbir ta’ viżitaturi lejn iż-zoo li jinsab sagħtejn bogħod minn Bangkok, fejn fi ftit xhur huwa stmat li rċieva medja ta’ bejn tliet elef u ħamest elef viżitatur kuljum u issa anke qed ibiegħ ħwejjeġ u merkanzija oħra bbażata fuq Moo Deng.
L-erba’ verżjonijiet tal-kanzunetta Moo Deng huma disponibbli fuq YouTube u pjattaformi oħra inklużi Spotify u Apple Music.