Stqarrija maħruġa mill-Ministru Edward Scicluna
Jiena kburi li flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-Deputat Prim Ministru Louis Grech, iffurmajna tim li wasal għal suċċessi ekonomiċi u finanzjarji bla preċedent.
Jiena qed noffri l-kompetenza, l-esperjenza u l-lealtà biex ma’ sħabi kollha fil-Kabinett, inkomplu niksbu s-suċċessi.
Minbarra sfidi li jġibu l-miżuri li tħabbru fil-manifest elettorali, pajjiżna qed jaffaċċja sfidi oħra iktar iebsa.
Dawn jirrigwardjaw il-bżonn li tissewwa l-ħsara kbira li saret mill-Oppożizzjoni lir-reputazzjoni ta’ Malta, speċjalment fil-kamp fiskali u finanzjarju fil-fora internazzjonali.
Kawża ta’ dan, nistenna li l-Prim Ministru, flimkien mad-Deputat Prim Ministru u uffiċjali oħra, se jkollhom iżuru bliet ewlenin, biex flimkien imexxu serje ta’ laqgħat u jagħtu preżentazzjonijiet ma’ mexxejja ewlenin fis-settur bankarju u istituzzjonijiet oħra.
Nemmen li jekk id-delegati Laburisti, is-sinsla tal-Partit, jagħtuni l-fiduċja, għandi l-kwalitajiet neċessarji biex nagħmel dan ix-xogħol ta’ sostenn għall-Prim Ministru Joseph Muscat.