Flimkien negħlbu s-sħana – Inizjattiva li tgħaqqad il-kreattivita’ u l-ħiliet tal-anzjani dwar kif għandhom jipproteġu lilhom nfushom fis-sajf kontra x-xemx u s-sħana.
Il-kampanja tnediet dalgħodu fid-Day Center tal-Ħamrun mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.
Aspett interessanti tal-kampanja hija kompetizzjoni fejn l-anzjani se jtellgħu ritratt fuq is-sit soċjali Facebook li juri l-miżuri li dawn qed jieħdu biex jipproteġu lilhom nfushom mis-sħana. Il-kompetizzjoni ntlaqtet tajjeb ħafna mill-anzjani li uħud minnhom dehru bl-ilma kiesaħ u bin-nuċċalitajiet tax-xemx bħala wirja ta’ x’miżuri jieħdu fiż-żminijiet tas-sajf.
Il-kompetizzjoni se tkun bejn il-komunita anzjana kollha ta’ Malta u Għawdex u tagħlaq fid-9 ta’ Settembru. Ir rebbieħ għall-iżjed ritratt oriġinali se jirbaħ tablet.