Illum, l-għada tal-Milied, jum sinonimu mal-ġenerożità permezz tal-Istrina. Dan hekk kif f’maratona ta’ tnax-il siegħa se jinġabru fondi għall-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Din l-edizzjoni tal-Istrina, li se ssir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, hi l-ewwel waħda taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Istrina se tixxandar bejn nofsinhar u nofsillejl, fuq l-istazzjonijiet kollha lokali, fosthom fuq l-istazzjon ONE.