Waqt il-quddiesa li qaddes waqt iż-żjara tiegħu f’Ċipru, il-Papa Franġisku kkwota il-parabbola taż-żewġt irġiel għomja mill-Evanġelju ta’ San Mark.
Dan sabiex iħeġġeġ liċ-Ċiprijotti jsegwu tliet passi sabiex jinħelsu minn żminijiet ta’ dlam li wieħed jista’ jsib lilu nnifsu fih.
It-tliet passi jibdew bl-ewwel wieħed imorru għand il-Mulej, it-tieni li jaqsmu t-tbatijiet tagħhom u t-tielet l-aħbar it-tajba hekk kif il-Mulej ifejqek u b’hekk wieħed iwassal din il-kelma twajba.
Il-Papa Franġisku jinsab f’Ċipru għal żjara ta’ ħamest ijiem, li matulha se jmur ukoll il-Greċja u l-gżira ta’ Lesbos, fejn kien mar fl-elfejn u sittax u ħa lura miegħu f’Ruma numru ta’ refuġjati li kienu qed jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena.