Matul il-lejl li għadda fil-gżira Taljana ta’ Lampedusa waslu 19-il dgħajsa mgħobbijin bl-immigranti. Minn fuqhom, il-Gwardja tal-Kosta Taljana niżżlet l-art 705 persuni.
Dalgħodu, fiċ-ċentru tad-detenzjoni fuq il-gżira, li huwa maħsub għal 400 persuna, kien hemm 2,698 ruħ li waslu fl-aħħar jiem.