Fl-Ungerija lbieraħ għaddiet li liġi li biha se jkun ipprojbit l-għarfien dwar l-omosesswalità u l-bidla fil-ġeneru, fost it-tfal fl-iskejjel.
Permezz tal-emendi li saru f’din il-liġi, persuni li għandhom anqas minn 18-il sena ma jistgħux jintwerew materjal li jinkoraġixxi l-bidla fis-sess jew l-omosesswalità.
Dan japplika wkoll għar-reklmar.
Minkejja dan, il-liġi tgħid li bosta organizzazzjonijiet jistgħu jagħtu edukazzjoni dwar is-sess fl-iskejjel.
Din il-liġi kienet ikkritikata b’mod aħrax, minn għadd ta’ għaqdiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u diversi partiti tal-Oppożizzjoni fil-pajjiż.
Oriġinarjament din il-liġi kienet immirata biex tikkastiga reati marbuta mal-pedofelija, iżda mbagħad ġiet iddominata minn elementi li jmorru kontra l-jeddijiet ta’ persuni LGBTIQ.
157 deputat mill-Partit tal-Prim Ministru Ungeriż Victor Orbán, u l-partit lemini Jobbik ivvutaw sabiex tgħaddi din il-liġi mill-Parlament Ungeriż.
Bosta kienu dawk li marru jipprotestaw minħabba din il-liġi barra l-binja tal-Parlament Ungeriż, dan għaliex f’din il-liġi ntqal li tħalltu b’mod skorett id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ u l-pedofelija.
Għal dan il-għan diversi għaqdiet qegħdin jappellaw lill-Partit fil-Gvern, Fidesz, biex jirtira din il-liġi.