Fl-Omelija tiegħu wara l-qari tal-Vanġelu fil-quddiesa mqaddsa mill-Papa fuq il-Fosos tal-Floriana, il-Papa għamel referenza għall-episodju tal-mara adultera li Ġesù ħafrilha dnubietha anki jekk kien hemm min ikkundannaha u ried iħaġġarha.
Il-Papa semma l-poplu t’Alla li ma jħarisx biss lejn it-tempju tal-ġebel imma jinġabar madwar il-persuna ta’ Ġesù.
Il-Papa hawn semma li f’Malta hawn poplu li jħaddan fidi konkreta.
Ta’ dan, Papa Franġisku rringrazzja lill-Maltin.
Il-Papa qal li fir-reliġjożità jista’ jkun hemm is-susa tal-ipokrezija u l-vizzju li nippuntaw subgħajna.
Il-Papa appella għall-imħabba kif għamel Ġesù mal-mara midinba u hawn tkellem fuq l-importanza tal-maħfra.
“Min bħall-mara tal-Vanġelu jiskopri li Alla jżurna permezz tal-ġrieħi ġewwiena tagħna, iħoss l-esperjenza sabiħa tal-maħfra”, fisser il-Papa hu u jaqra l-Omelija profonda tiegħu.
Qal li ma għandniex ngħoddu l-preżenti iżda nfittxu l-assenti.
Papa Franġisku spjega li ma nistgħux nippuntaw subgħajna imma nibdew nagħtu widen u npoġġu fl-ewwel post lil dawk li huma meqjusa tal-aħħar, kif għamel Ġesù fuq din l-art.