Pulizija Olandiża sparat u darbet minn tal-inqas żewġ persuni wara li tqanqlu protesti fil-belt ta’ Rotterdam dwar il-miżuri ġodda relatati mal-Covid-19.
Id-dimostranti waddbu diversi ġebel u strumenti tan-nar u saħansitra qabbdu l-karozzi tal-pulizija.
Il-pulizija qalet li sparat sparaturi ta’ twissija għaliex is-sitwazzjoni kienet ta’ theddida għall-ħajja.
Filfatt il-belt iddikjarat stat t’emerġenza u kellu jagħlaq l-istazzjon ewlieni minħabba l-vjolenza.
Mijiet ta’ dimostranti ngħaqdu flimkien biex jesprimu d-diżapprovazzjoni lejn il-pjanijiet tal-Gvern biex jiddaħħal dokument li juru li tlaqqmu kontra l-Covid-19.
Huwa mifhum li hemm ukoll pjanijiet biex jitħassar avveniment tal-logħob tan-nar lejlet l-Ewwel tas-Sena.
Il-ġimgħa l-oħra, l-Olanda imponiet lockdown parzjali ta’ tliet ġimgħat wara li ġiet innutata żieda fil-każijiet ta’ Covid-19.