Aktar minn 180 persuna ġew arrestati f’għaxart ibliet Olandiżi hekk kif numru ta’ dimostranti qed jisfidaw l-appelli tal-curfews tant li l-irvellijiet kontra l-pulizija komplew għat-tielet lejl konsekuttiv.
Il-gvern Olandiż introduċa l-curfew li mid-21.00 sal-4.30 ħadd m’għandu jkun barra. Kull min jinqbad jikser din ir-restrizzjoni jista’ jeħel multa li tleħħaq il-€95.
Ħwienet f’Rotterdam spiċċaw fil-mira ta’ dawk li qed jipprotestaw u jirreżistu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 fl-Olanda, tant li l-pulizija kienu kostretti li jużaw il-kanuni tal-ilma biex jikkalmaw il-miġemgħa.
Il-kap tal-pulizija Olandiż tal li l-irvellijiet marru oltre minn sempliċiment protesti kontra r-restrizzjonijiet.