Madwar nofs miljun persuna lbieraħ niżlu fit-toroq ta’ bliet prinċipali Iżraeljani biex jipprotestaw kontra l-emendi radikali li jrid iressaq il-gvern immexxi minn Benjamin Netanyahu fis-sistema ġudizzjarja.
Dawn il-protesti ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar għaxar ġimgħat, iżda dik tal-bieraħ qed tiġi meqjusa l-akbar waħda li qatt saret fl-istorja.
Bosta kritiċi qalu dawn ir-riformi se jimminaw id-demokrazija, bil-gvern Iżraeljan isostni li l-pjanijiet għat-tibdil huma aħjar għall-elettorat. Min-naħa tiegħu il-Kap tal-Oppożizzjoni Yair Lapid qal li l-Iżrael qed jaffaċja l-akbar kriżi fl-istorja tiegħu.