Żbroffa l-Vulkan Fagradalsfjall fl-Iżlanda li jinsab fin-naħa tal-Lbiċ tal-kapitali Reykjavik. Dan qed ikun irrapportat mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-pajjiż.
L-aħħar darba li żbroffa dan il-vulkan kien 800 sena ilu.
Jidher li mill-Vulkan Fagradalsfjall ma ħariġx ħafna duħħan u rimed u għalhekk it-titjiriet mhux se jkunu affetwati minn dan l-iżbroff. Dan għal kuntrarju li kien ġara fl-2010 meta l-iżbroff tal-Vulkan Eyjafjallajokull kien waqqaf bosta titjiriet madwar l-Ewropa.