Mil-lum fl-Italja huma dawk biss imlaqqma kompletament li jistgħu jmorru fir-ristoranti u fi spazji pubbliċi, hekk kif iridu jidħlu biċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Din il-miżura ddaħħlet mill-Gvern Taljan sabiex ikompli jnaqqas it-tixrid tal-imxija.
Fost il-postijiet li trid tidħol biċ-ċertifikat tal-vaċċin huma gyms, teatri u swali taċ-ċinema.
Min ma jsegwi dawn ir-regoli jista’ jeħel multa ta’ bejn €400 u €1,000.
Fl-iskejjel se jkunu biss l-għalliema u studenti mlaqqma kompletament li jistgħu jidħlu.
Il-midja Taljana rrappurtat kif dawk il-ħaddiema li jaħdmu fl-iskejjel u ma jmorru għal ħames darbiet konsekuttivi mingħajr iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkunu sospiżi jew ma jingħatawx paga.
Minn nhar it-Tnejn li ġej, Franza se jkollha l-istess regoli.
Pajjiżi oħra Ewropew fosthom l-Awstrija, Ċipru u d-Danimarka għandhom liġijiet simili bħal dawk tat-Taljani.