Mijiet ta’ membri tal-allegat l-akbar grupp ta’ mafja fl-Italja qed jaffaċċjaw il-ġustizzja f’dak li qed jitqies bħala l-akbar każ kriminali f’deċenji sħaħ.
Aktar minn disa’ mitt persuna mistennija jixhdu fil-każ, fejn il-membri tal-grupp ‘Ndrangheta mistennija jaffaċċjaw akkużi ta’ omiċidji, traffikar ta’ droga u ħasil tal-flus, fost l-oħrajn.
Is-smigħ tal-każ se jsir f’Kalabrija, u mistenni jdum sa sentejn.
Ritratt: AFP