Fl-Italja, il-mexxejja tal-moviment Cinque Stelle u tal-Partit Demokratiku, qablu li jiffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni – b’Giuseppe Conte jkun il-Prim Ministru.
Din il-koalizzjoni mistennija tibqa’ fit-tmun tal-pajjiż sal-elezzjonijiet skedati li jmiss, fl-2023.
Conte kien irriżenja mill-kariga wara li Matteo Salvini ried jieqaf mill-Gvern ta’ koalizzjoni li kellu ma’ Luigi di Maio.
B’hekk issa huwa mistenni li l-President Taljan Sergio Mattarella – li f’Ruma ltaqa’ mal-mexxejja tal-partiti biex jiddiskuti t-triq ’il quddiem – jieħu nota tal-ftehim milħuq f’laqgħa ma’ Conte skedata aktar tard illum, meta mistenni jagħtih mandat biex jifforma Gvern ġdid.