L-ewwel każ tal-virus Ċiniż tfaċċa f’Bari, l-Italja. Klinika tal-lokal assigurat li qed jittieħdu il-prekawzjonijiet neċessarji.
Il-Virus taċ-Ċina qajjem biża fiċ-ċittadini Ċiniżi u anke madwar id-dinja għal dawn l-aħħar jiem fejn diversi esperti jinsabu mħassba li jaf dan laħaq l-Italja u l-Ewropa.
Il-mara, li hi kantanta, mill-provinċja ta’ Bari rritornat minn tour fiċ-Ċina, fil-viċinanzi tal-Belt Wuhan minn fejn oriġina l-virus. Il-mara qajjmet suspett hekk kif uriet sintomi suspettużi u ttieħdet l-emerġenza.
Għalkemm is-sintomi kienu pjuttost simili ta’ dawk ta’ virus normali, ittieħdu l-proċeduri kollha neċessarji.
Il-mara xorta waħda nżammet taħt osservazzjoni fl-isolament fl-isptar f’Bari. Jidher li l-mara ma għandhiex dan il-virus iżda t-testijiet għadhom għaddejjin u ntbagħtu kampjuni sabiex jikkonfermaw dan.