Il-pulizija Taljana qed jaħsbu li l-katavru li nstab ilbieraħ huwa ta’ Liliana Resinovich, il-mara li ġiet irrapportata nieqsa fl-14 ta’ Diċembru li għadda.
Hija kienet fi triqitha biex tiltaqa’ ma’ ħabibitha.
Fil-fatt, il-ġisem instab ftit ’il bogħod mid-dar fejn kienet toqgħod flimkien ma’ żewġha.
L-investigaturi qed jemmnu li hija probabilità kbira li l-katavru huwa ta’ Resinovich, fosthom għaliex instab nuċċali simili ta li kellha l-mara.
Qed jingħad ukoll li l-ġisem m’ilux mejjet tliet ġimgħat, jiġifieri meta ġiet irrapportata nieqsa.
Fil-fatt, skont l-ewwel eżamijiet li saru, il-mara mietet riċentament.
Ma nstabu l-ebda marki ta’ vjolenza fuq il-ġisem, madanakollu l-awtopsja li se ssir fil-jiem li ġejjin għandha tiddetermina l-kawża tal-mewt.