Fl-Italja n-numru tal-mejta mindu bdiet it-tifqigħa tal-Coronavirus qabeż it-13,000.
Fl-aħħar 24 siegħa mietu 720 persuna.
Intant kumpanija tal-karozzi Lamborghini fl-Italja qed jipproduċu maskli protettivi. Huma mistennija li jqassmu mal-1,000 maskla bħala donazzjoni lill-isptarijiet f’Bologna.