Fl-Italja l-ammont ta’ każijiet dejjem qed jiżdiedu. Fl-aħħar 24 siegħa, żdiedu bi tlett elef u sitt mija dawk infettati, filwaqt li ġew irrappurtati kważi 900 mewt.
L-Italja rrapportat ukoll kif anzjan ta’ 101 li kien infettatt bil-Coronavirus, fieq għal kollox.
Intant f’Wuhan fiċ-Ċina, proprju ż-żona minn fejn oriġina l-coronavirus, beda jnaqqas ir-restrizzjonijiet wara xahrejn ta’ lockdown totali.
Filfatt diġà bdew jintlemħu folol qrib l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Wuhan hekk kif issa bdew jitħallew jidħlu lura fil-belt.
Il-Korea t’Isfel ħabbret kif għall-ewwel darba minn meta feġġ l-ewwel każ fil-pajjiż, rat żieda fil-persuni li fiequ fuq każijiet ta’ persuni infettati.