Mill-15 t’Ottubru li ġej, ħaddiema kollha fl-Italja jrid ikollhom fil-pussess tagħhom dik magħrufa bħala l-Green Pass.
Din ser isservi bħala prova ċara li l-ħaddiema huma mlaqqma jew instabu negattivi għall-Covid-19.
Din il-miżura hija waħda minn tal-ewwel tax-xorta tagħha fl-Ewropa u qed titqies bħala waħda mill-aktar miżuri stretti fid-dinja.
Ħaddiema mingħajr din il-Green Pass jaf ikunu sospiżi mix-xogħol u saħansitra ser jiefqu jirċievu paga wara ħamest ijiem.
B’din il-miżura, il-Gvern Taljan qed jimmira li jħeġġeġ aktar nies jitlaqqmu; f’pajjiż li kien affettwat sew mill-pandemija.