Uffiċjal tal-Pulizija li kien involut fil-qtil ta’ mara fl-Istati Uniti f’Kentucky se jiġi mkeċċi.
Breonna Taylor ta’ 26 sena nqatlet b’tiri meta uffiċjali tal-Pulizija daħlu fir-residenza tagħha u sparawha waqt investigazzjoni.
Brett Hankinson se jkun qed jitlef l-impjieg tiegħu filwaqt li żewġ uffiċjali oħra li kienu qed jakkumpanjaw lill-eks uffiċjal tpoġġew ġew ordnati ma jersqux lejn il-post tax-xogħol.