Fil-jum tat-Tnejn se ssir l-ewwel eżekuzzjoni federali fl-Istati Uniti fi 17-il sena. L-eżekuzzjoni ta’ Daniel Lewis Lee, mistennija ssir illum fl-istat ta’ Indiana wara d-deċiżjoni li ħa mħallef federali nhar il-Ġimgħa li għadda.
L-eżekuzzjoni ta’ Lee, li qed jiskonta sentenza ta’ ħabs hekk kif huwa kien qatel famila ta’ tlieta u rema ġisimhom f’għadira, kellha ssir f’Diċembru li għadda. Minkejja dan, id-deċiżjoni ttardjat b’seba’ xhur għall-fatt li l-qrati kienu waqqfu d-deċiżjoni li jingħata s-sentenza għall-mewt.
Earlene Peterson, omm waħda mill-vittmi li flimkien mar-raġel tagħha u binthom inqatlu kiesaħ u biered, opponiet l-eżekuzzjoni ta’ Lee.
Daniel Lewis Lee huwa wieħed minn erbat irġiel li bejn Lulju u Awwissu se jkunu qed jaffaċċjaw eżekuzzjoni fuq każijiet ta’ qtil ta’ tfal fost oħrajn.