Ir-Riżerva Federali tal-Istati Uniti, għolliet ir-rata ta’ interess għall-banek kummerċjali bi tliet kwarti ta’ punt perċentwali. F’tentattiv biex ikomplu jiġu miġġielda pressjonijiet inflazzjonarji kbar.
Dan filwaqt li qed tagħti x’tifhem kif din iż-żieda, it-tielet waħda konsekuttiva, mhux ser tkun tal-aħħar iżda aktar żidiet qegħdin ikunu antiċipati.
B’hekk ir-rati għal-loans għal konsumaturi u negozjiqed tvarja bejn tlieta u tlieta punt tnejn ħamsa fil-mija, l-ogħla livell sa mill-2008, sena li kienet ikkaretrizzata minn riċessjoni globali.
Sal-aħħar ta’ din is-sena r-rati ta’ interess fl-Istati Uniti mistennija li jkomplu jogħlew minn tal-inqas għal erbgħa punt erbgħa fil-mija, punt perċentwal ogħla minn kemm kien qiegħed ikun stmat sa Ġunju li għadda.
Ir-Riżerva Federali se tkun qed tagħmilha aktar diffiċli u inqas attraenti biex il-pubbliku jkun jista’ jissellef il-flus, b’hekk jonqos il-konsum, u tbatti r-rata inflazzjonarja.
Minkejja tnaqqis mariġinali fil-prezz tal-gass fl-Istati Uniti, ir-rata tal-inflazzjoni laħqet it-tmienja punt tliet punti perċentwali f’temp ta’ sena.
Il-President Amerikan Joe Biden, madanakollu, qiegħed igawdi żieda fil-popolarità tiegħu wara li l-prezzijiet tal-fjuwil mill-pompi naqas, wara żidiet esorbitanti li kienu esperjenzati fl-aħħar xhur.