Il-Parlament Skoċċiż għadda liġi biex jiffaċilità persuni li għandhom minn sittax il-sena ‘l fuq jibdlu l-ġeneru tagħhom meta jiġu għal skopijiet legali.
Il-vot li għadda b’maġġoranza b’saħħitha ferm qajjem kontroversja waqt is-seduti Parlamentari fosthom minn membri parlamentari li ma mxewx mal-linja tal-Partit tagħhom.
Din il-liġi se tkun qed tħalli lil min jixtieq ibiddel il-ġeneru tiegħu wara li tagħmel dikjarazzjoni l-persuna nfisha, u b’hekk tneħħa l-bżonn li wieħed ikollu jagħmel dijanjosi medika.
Il-Gvern Skoċċiż qal li permezz ta’ dan it-tibdil żgħir fil-liġi l-ġdida se jkun qed ittejjeb ferm il-ħajja ta’ persuni transgender, li issa se jkunu eleġibbli li jkollhom dokumenti uffiċjali li jikkorrispondu mal-identità tal-ġeneru tagħhom.