Il-gazzetti fl-Iskozja ddominaw bl-appell tal-Awtoritajiet Ingliżi biex l-iskoċċiżi jħassru jew jippostponu l-festini u l-ikliet kollha tal-Milied.
Dan wara li hemm biża ta’ żieda qawwija fil-każijiet tal-varjant Omicron madwar il-pajjiż.
Aktar tard illum, il-Ministru Nicola Sturgeon mistennija tħabbar sett ieħor ta’ restrizzjonijiet b’rabta mal-imixja tal-Covid-19.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa l-Iskozja rreġistrat każ wieħed tal-varjant il-ġdid biex issa n-numru tela’ għal 109. Minkejja dan, l-awtoritajiet qed jaħsbu li n-numru ta’ dan huwa ferm ogħla.